Zgur li l- anzjani taghna jiftakru sew il- Pelegrinagg il- Kbir li kien sar minn B' kara ghall- Bormla. Ahna iz- zghazagh niftakru fih permess ta' sena 1994 peress li dak inhar tfakkar bil- kbir l- gheluq il- 50 sena minn dan il- pelegrinagg storiku il- ghaliex kien ghadu u se jibqa' l- akbar pelegrinagg li qatt ra pajjizna.
U bir- ragun li kien l- akbar pelegrinagg li qatt sar f' dawn il- gzejjer il- ghaliex dakinhar il- poplu malti u ghawdxi ingabar madwar il- madonna biex isellmila u jirringrazzjaha talli il- gwerra marret u ghaddiet. Izda ghalina il- Bormlizi kellha tifsira doppja il- ghaliex ghalina mhux biss qalet il- grazzja li gwerra spiccat izda li helset b' miraklu kbir it- tempju taghha f' Bormla, Min jaf kemm bkew l- anzjani taghna u l - Bormlizi ta' dak iz- zmien meta raw ix- xbihat gheziez tal- kuncizzjoni fl- inkwadru u fl- istatwa hirgin mill- kolleggjata biex jinhelsu mill- qilla tal- gwerra. Bkew u talbu flimkien mal- kapitlu li jekk it- tempju jibqa' shih jingibu lura minn b' kara ghall- Bormla f' Pelegrinagg kbir marjan bil- mixi. Ghaddew is- snin Bormla iggarfet kollha bil- gwerra ruh f' din il- belt ma kienx ghad- fadal imma hemm fost dak it- tifrik fost belt bla hoss ghax ulieda kollha telqu, fost ic- cpar ta' trab ta' tifrik tal- gwerra hemm baqa' shih is- santwarju tal- Immakulata!!.
Il- Poplu beka ghat- telfien ta' daru ghall- xi membri tal- familji taghhom li spiccaw vittmi f' dik il- gwerra qalila. Izda il- qlub tal- poplu Bormliz tal- Bormlizi ferah u bkew ukoll bil- ferh x' hin semghu u raw b' ghajnejom it- tempju tal- Immakulata darom ghadu hemm wieqaf shih!! Il- qalb thegget aktar u mill- ewwel hsibijitom mar meta se jgibu lura l- ommom. tfasslet il- gurnata id- 19 ta' Novembru 1944 quddiem il- knisja ta' Bkara il- poplu malti u ghawdxi ingabar biex jirringrazzja lil Marija Immakulata Sultana tal- Paci. u Hekk kif fegget tlellex l- istatwa tal- Kuncizzjoni bit- tbissima fuq xoffita li tfisser PACI il- poplu beka u capcap bil- kbir fost l- ghajjat ta " VIVA L- IMMAKULATA " . Dak inhar il- Madonna birket l- eluf li ngabru madwara farrget lil dawk kollha li tilfu djarom jew li tilfu lil xi hadd gheziez !!. Imma ferhet Bormla u l- Bormlizi fejn l- omm regghet giet lura f' dara fejn l- ulied regghu inaqdu mal- omm


"MARIJA IMMAKULATA DEJJEM THARISNA."