F'Bormla, ghalkemm m'ghadniex kamra tan-nar, in-nar fil-festa taghna minn dejjem kellu prijorita' kbira. Dan johodna fil-bidu tat-twaqqif ta' din l-Ghaqda, ic-Centru 19 ta' Novembru 1944, li fiz-zmien kienet maghrufa mal-Bormlizi l-"Ghaqda Dilettanti tal-Festa". Dan nikkonfermawh b'diversi ritratti ta' murtali u kaxxi maghrufa tad-dahna li kienu jinhadmu l-istess dilettanti, ghall-festa tal-Padruna taghna Marija Immakulata. Dan id-delizzju tan-nar kompla kiber mis-sena Centinarja, fejn wara l-ispettaklu ta' nar li kellna fiz-zewg festi Centinarji li saru fis-sena 2005, grupp ta' zghazagh waqqfu bhal sotto kumitat responsabbli min-nar fil-festa taghna bl-isem "GHAQDA TAN- NAR 8 TA' DICEMBRU". Il-hidma ta' din l-ghaqda mmexxija mis-Sur Mark Borg u s-Sur Ronald Bugeja mill-ewwel bdiet taghti il-frott taghha ghax f'inqas minn sena saret sistema gdida ta' kif ghandhom jinharqu diversi murtali u baraxxijiet. Din is-sistema giet introdotta b'mod ufficjali nhar is-7 ta' Dicembru 2006, fis-serata "Diamonds of Fire", fejn mill-ewwel laqghtet l-interess ta' min jahdem b'sistemi bhal dawn biex johloq spettaklu. Il-PYRO6 hadmet perfettament u ahna il-Bormlizi ghandna ghalfejn inkunu kburin li mhux biss li vvintajna sistema gdida izda ukoll li konna il-pijunieri ta' invenzjoni gdida ta' kif jinharaq in-nar f'Malta u Ghawdex. Hawn taht jidhru uhud mill-baraxijiet imtella' mill-pyro6.







