Fis-sena
2005, l-Kumitat iddecieda li wara il-festi specjali tac-Centinarju dan
it-trufej, maghruf maghna bhala tas-salib ma jinharigx ghall-festa li
kien imiss voldieri ta' Dicembru 2005 biex jinbeda xoghol ta' restawr
fuqu. Dan it-trufej huwa antik hafna u fuq kitba li nstabet fuq
l-istess trufej waqt it-tqaxxir tal-irhamar tieghu missirijietna hallew
iskrizzjoni li tghid meta sar voldieri 117-il sena ilu kif ukoll biex
nghidu talba ghal ruhhom. F'dan it-trufej naraw il-hila fl-iskultura
ta' dawn in-nies li irridu infakkru li f'dawk iz-zminijiet ma kienx
hawn magni izda kollox bl-idejn! Fil-fatt dan it-trufej huwa ta' pregju
kbir u ahna il-Bormlizi ghandna ghalfejn inkunu kburin li trufej bhal
dan jintrama ghall-festa taghna. Intant il-process ta' restawr qed isir
bl-ikbar serjeta fejn l-ewwel ma bdejna kien miz-zukklaturi li saru
kollha kemm huma godda b'injam li jiflah ghall-elementi li xitwa iggib
maghha, imbghad inbeda ix-xoghol fuq l-istess trufej fejn tqaxxar
miz-zebgha u gibnih fuq l-injam. Wara dan il-process ghaddejna
ghall-process tal-ixkatlar u wara bdejna induru l-iskultura nieqsa li
kien fih fejn din regghet saret fl-injam mis-Sur Chris Aquilina u s-Sur
Chalie Cauchi. Wara dan il-process il-kolonni kif ukoll iz-zukklaturi
inghataw iz-zebgha tal-minjum. Wara stukkjatura kien imiss imbghad
ghaddejna ghall-progett taz-zebgha il-bajda. Fil- fatt ghall-festa ta'
l-2006 kellna 4 trufej lesti li nhargu bojod biss! Ta' min jghid ukoll
li dan it-trufej kienu jintramawlu il-fjammi fejn ghal zmien twil dawn
ma ntramawx iktar izda ahna hadna hsieb biex dawn jergu jaqbdu
jintramaw. Ghal din is-sena it-tama taghna hija li dan it-trufej johrog
lest u irhamat. Fil-fatt nistghu nghidu b'wiccna minn quddiem li dan
it-trufej bir-restawr bil-ghaqal li sar fuqu nistghu nghidu li sar
gdid. Fil-fatt inbdiet l- induratura ukoll fuqu mis-Sur Daniel
Busutill, Roderick Mamo, Ronald Bugeja, Joseph Galea, u Silvio Caruana.
Kif ghedna ftit il-fuq huwa mahsub li ghal din is-sena nohorguh lest u
irhamat. Ittihdet ukoll id-decizjoni li l-eblemi impittra fuq l-armi ma
jergux jigu impittra izda isiru fl-injam bhala skultura!

( L- arma kif giet wara ir- restawrazzjoni tnehhiet it- tpingija ta' qabel u flokom saru eblemi fl- injam )

( Dan huwa it- trufej kollu irrestawrat indurat u irhamat mill- gdid )