Centru 19 ta' Novembru 1944

Festa Marija Immakulata Bormla


L-Inkurunazzjoni ta' l- 1905



   

Ix-xewqa li l-Madonna mpittra minn Pietru Pawl Caruana f'dan il-kwadru, tigi Inkurunata f'cerimonja solenni  kienet ilha tinhass f'Bormla.Wara li l-Papa Piju VII hareg id-digriet biex il-Parocca ta' Bormla issir Kolleggjata, f' Lulju 1822, kienu nqalghu xi problemi u diffikultajiet. Jinghad li fit-18 ta' Settembru 1838, il-Kapitlu gharkubbtejhom quddiem ix-xbiha ta' Marija Immakulata, b' herqa liema bhala, wieghdu lill-Madonna, li jinkurunawha solennament kemm-il darba tohroghom rebbieha f'din it-taqbida. Saru festi kbar meta fl-1854 thabbret id-Domma ta' l-Immakulata Kuncizzjoni, INEFFABILIS DEUS, mill-Papa Beatu Piju IX u bil-mod beda jsir hafna xoghol biex il-Knisja ta' Bormla tkun tassew imzejna kif jixraq. Ferhu meta il-Papa Ljun XIII, ftit gimghat qabel ma miet, ippublika ittra appostolika li biha habbar ic-Cinkwantinarju tad-Domma ta' l-Immakulata Kuncizzjoni u aktar tard, f'Novembru 1904, l-Arcisqof Pietru Pace kien hareg ittra pastorali biex ihabbar dan fid-Djocesi Maltija.

Delegazzjoni maghmula mill-Arcipriet , il-Kan. Gwann Cauchi,  u l-Kurat il-Kan. Guzeppi Azzopardi talbu lill- Arcisqof  Pace sabiex l-awtoritajiet tal-Vatikan japprovaw l-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari ta' Bormla. Twaqqaf kumitat biex jibda jiehu hsieb it-thejija mehtiega. Dan kien maghmul minn Mons. Salvatore Grech, Vigarju Generali bhala president onorarju, President il-Magistrat Lorenzo Ellul, segretarju it-Tabib Gann Felic Inglott u kaxxier is-Sur F. Farrugia Demajo. Il- Papa San Piju X hareg id-digriet ta' l-Inkurunazzjoni fl-24 ta' Jannar 1905 u ghalhekk bdew isiru t-thejjijiet mehtiega. Fosthom kienu ippublikaw stampi tal-Kwadru tal-kor fuq it-tila.

Il-Hadd 25 ta' Gunju 1905, kien il-jum tal-Inkurunazzjoni. Il-programm beda b'quddiesa fil-5.30a.m. minn Mons. Salvatore Grech, il-Vigarju Generali. Fit-8.30a.m. kellu jsir it-tberik tal-Kuruna u wara quddiesa ta l- Immakulata u mbaghad l-Inkurunazzjoni mill-Kardinal Legat a latere tal-Papa. Fl-4.30p.m. sar diskors bil-Malti minn Dun Anton Vella, Kapillan ta' Hal-Lija.

Dakinhar, il-Kardinal saritlu manifestazzjoni kbira. Kien hemm takkumpanjah il-Kavalerija tal-Puluzija. F'Ghajn Dwieli, laqghetu l-Banda San Gorg ta' Bormla u gie akkumpanjat minn folla kbira sal-Knisja ta' Santa Tereza fejn laqghuh il-Kumitat tal-festi u ohrajn.  Minn hemm kellu jitlaq ghall-Parocca f'purcissjoni biex jaghmel il- funzjoni tal-Inkurunazzjoni. Id-dahla tieghu f' Bormla, kienet trijonfali.  Kien akkompanjat mill-Arcisqof Pace, Mons. Camilleri, Isqof ta' Ghawdex u Mons. Gaffiero Isqof Titulari ta' Silimbria. Kien hemm jakkompanjaw ukoll il-Vici Ammiral Bromley. Wasal il-knisja ghal habta tat-8.15a.m. Cerimonier ghall-okkazjoni kien Mons. Luigi M. Debono, Prelat Domestiku u Cerimonier Djocesan. Il-Mons. Kan. Giovanni Buhagiar, kancillier, qara l-att tal-Inkurunazzjoni fil-prezenza ta' l-Imhallef Dr. Paolo Debono u n-Nobbli Baruni De Piro Gourgion u l- Avukat Ellul, President tal-Kumitat, u t-Tabib Inglott, segretarju, bhala xhieda . F'isem il-Kapitlu, kien hemm l- Arcipriet il-Kan. Giovanni Cauchi u t-Tezorier, il-Kan. Carmelo Vella. Wara il-qari ta' l-att bdiet il-quddiesa akkompanjata bil- muzika taht it-tmexxija ta' Mro Riccardo Bugeja. Qabel l-Inkurunazzjoni, il-Kardinal ta l- Benedizzjoni Pontifikali u ghamel kelmtejn ta' tifhir u glorja lil Marija. Fl-10.15a.m. bdiet ic-Cerimonja tant mistennija tal-Inkurunazzjoni. Il-Kardinal mar fil-Kor u tela' tarag irrangat apposta u qieghed il-KURUNA fuq Ras  il-Madonna fost applawz kbir, daqq ta' qniepen u sparar ta' murtaletti. Wara mar fuq it-tron u intona it-TE DEUM.  

 

Recent Photos

 
No featured products

Newest Members

 

Recent Videos

Upcoming Events

No upcoming events

Face Book