Kienet
is-sena tal-Millenju meta delegazzjoni mill-kumitat taghna marret
fil-gzira ta' Tliet Gholjiet biex tordna statwa li turi it- Trinita
Qaddisa tinkuruna lil Marija Immakulata. L-artist li tqabbad ghal din
il-bicca xoghol kien l-artist Michael Camilleri Cauchi. F'Beltna dan
l-artist naraw bosta xoghol tieghu fostom, S. Anna, S. Gwakkin, l-Anglu
tal-Kolleggjata u l-istatwa ta' Marija Immakulata ta' fuq il-kolonna.
Bi preparamenti ghall-festi
Centinarji, il-kumitat tal-festa beda jlesti ukoll kolonna li nistghu
nghidu li hija monument iehor. Din il-kolonna hija antika. Tmur lura
ghal qabel il-Gwerra, fejn jinghad li din intramat biss ghal tlettax-il
sena. Din kienet tintrama in-naha ta' Santa Liena u bhala statwa kellha
il-figura tal-Q.T. il-Papa Piju X qed jaghti kalci lill-Kardinal
Domenico Ferrata biex f'ismu jwasslu Bormla meta jkun hawn biex f'ismu
wkoll jinkuruna ix-xbieha ta' Marija Immakulata impittra fil-kwadru
tal-Kor. Fil-genb ta' din l-istatwa kien hemm ukoll anglu bit-tromba
f'idu li qieghed ihabbar l-Inkurunazzjoni. Din il-kolonna fi zmien
il-gwerra sarulha hsarat kbar u ftit instabu affarijiet minnha.
Ghalhekk din il-kolonna nistghu nghidu li saret gdida! Taht
id-direzzjoni tas-Sur Manuel Micallef li ha hsieb li jerga jghaqqad
mill-gdid din il-kolonna kif ukoll irhamha. L-induratura taghha giet
fdata f'idejn zewg zghazagh Bormlizi li huma is-Sur Daniel Busutill u
s-Sur Joseph Galea.Ghall-okkazjoni tac-Centinarju, din il-kolonna
kienet attrazzjoni unika. Kulhadd ammira s-sbuhija taghha u s-sengha
ta' kif kienu jahdmu missirijietna fl-antik.
Sfortunatament l-artist ma zammx
kelmtu u l-istatwa ma waslitx ghall-okkazjoni li kellha tigi imzanzna.
L-istess artist rega' ma zammx kelmtu meta wieghed li ghall-festa ta'
Dicembru kien se jaghtina biss l-Madonna. U hawn urew ix-xewqa diversi
artisti Maltin u Ghawdxin biex jaghmlu din il-vara fejn. F'Lulju
2006, il-kumitat rega' kien fil-gzira Ghawdxija, fejn mar direttament
ghand l-artist li kellu jlestiha u ghal darba ohra rajna b'ghajnejna li
ma kien lesta xejn minnha. Ghalhekk, il-Kumitat waqqfu milli xi darba
jaghmel din l-istatwa. Min-Nadur bqajna sejrin ir-Rabat, ghand l-artist
Pawlu Aquilina, fejn ta kelma lill-kumitat li sal-festa ta' dik is-sena
stess, l-istatwa tal-Inkurunazzjoni se tkun fostna!
L-istatwa waslet fostna l-Bormlizi
nhar it-Tlieta, 28 ta' Novembru 2006, ghall-habta tas-1.15p.m. Din
l-istatwa giet imfahhra minn kull min raha u ghal gimgha shiha stajna
ngawduha kif jixraq billi kienet ghal wiri fl-Oratorju li jinsab biswit
il-Knisja. Kull Bormliz hareg sodisfatt ghax dak li ma kienx kapaci
jaghmel wiehed f'hames snin, ghamlu iehor f'hames xhur.

Il-kolonna armata ezattament faccata tal-Monument tal-Pellegrinagg u faccata tal-Knisja Parrokkjali.

Ftit xhur wara l-artist Pawlu Aqulina kien diga ifforma l-istatwa l-gdida.

Fazi mix-xoghol fuq l-istatwa ta' Kristu

L-istatwa fil-fazi finali taghha. Jidher ukoll is-Sur Pawlu Aquilina jispjega xi affarijiet dwar l-istatwa.

L-istatwa armata fuq il-kolonna taghha.