Centru 19 ta' Novembru 1944

Festa Marija Immakulata Bormla

Min kien Abram Gatt?

Abram Gatt, skultur, disinjatur u pittur, twieled f'Bormla fl-1863. Beda l-istudji tieghu fl-iskola teknika ta' Bormla, taht it-tmexxija tal-pittur maghruf Lazzaro Pisani. Wara kompla l-istudji tieghu ghand Karlu Darmanin mill-Isla. Kien nisrani prattikanti u devot kbir ta' Marija Immakulata, ta' karattru kwiet u umli li qatt ma fittex unuri u ftahir, tant li meta kien jahdem it-Tarzna gibed is-simpatija ta' kullhadd, l-iktar tas-superjuri tieghu.
Minhabba l-gwerra Abram mar Haz- Zebbug fejn miet fit-28 ta' Mejju, 1944. Indifen fic-cimiterju ta' l-Addolorata fil-qabar tal-Fratellanza tal-Kurcifiss ta' Bormla. B'rispett, il-Kapitlu ta' Bormla ha sehem fil-funeral tieghu u twaqqfet fundazzjoni ta' quddies ghall ruhuu bhala radd il-hajr tax-xoghol (gratis) li hu ghamel ghall-parrocca taghna.
Matul l-istess gwerra diversi opri li kienu gewwa d-dar tieghu f' Bormla, fi Triq l-Oratorju u li kien qed jahdem fuqhom, sfaw meqruda.
Ix-Xogholijiet tieghu barra Bormla
Abram ghandu xogholijiet ohrara f''hafna parrocci ta' Malta u Ghawdex. F'Haz- Zebbug. Fosthom iddisinja:

l-kwadri tal-Via Sagra

il-linef

it-Tron ta' l-lsqof

it-tuzell

diversi triehi.

Id-disinn tad-damask li jintrama fil-festa.

Fir-Rabat ta' Malta hemm id-disinn tal-ventartal tal-parroccaa ta' San Pawl u tal-ventartal ta' San Guzepp fil-knisja ta' Giezu
Fl-Imqabba, kif imsemmi diga', Abram Gatt iddisinja wiehed mill-aqwa pedestalli li nsibu f'Malta. Qed nirreferu ghall-pedestall ta' taht l-Istatwa Titulari ta' Santa Marija Assunta skolpita minn Xandru Farrugia, Zejtuni, fl-1836.
Dan il-pedestall li gie ddisinjat fl-1928 mill-istess Abram Gatt, gie mahdum fl-injam mis-Surmast Manwel Buhagiar u wara mahdum fil-fidda f' Milan ghand il-kumpanija Antonio Ghezzi e Figli. B'kollox dan il-Pedestall sewa s-somma ta'£400.
ll-pedestall tal-Karmnu tal-Belt huwa wkoll tieghu. F'diversi parrocci ohra mhux biss f Malta (bhal hal-Qormi u hal-Luqa, San Lawrenz gewwa l-Birgu) izda wkoll f'ghawdex (fix-Xaghra, f'San Lawrenz u fil-Bazilka ta' San gorg).
Minn barra disinjatur, Abram Gatt irrestawra l-istatwa ta' San Publiju tal-Furjana u dik ta'Sant' Andrija ta' hal Luqa.

Ix-Xogholijiet tieghu f'Bormla

L-aktar knisja li ghandha xogholijiet ta' Abram, zgur li hija l-Knisja Kolleggjjata ta' Bormla.

kapolavur tieghu hija l-Istatwa ta' San guzepp, li saret fis-sena 1903.

opra ohra famuza ta' Abram hija l-Vara tal-Kuncizzjoni li nhadmet fil-fidda mid-Ditta Antonio Ghezzi e Figli ta' Milan, kollox fuq id-disinn u l-mudell li ghamel Abram.

l-pedestall tal-Kuncizzjoni, li tlesta fl-1924.

opra ohra li ddisinja Abram Gatt u li nsibuha fil-Parrocca taghna hija l-Bradella ta' l-istess Statwa Titulari li wkoll inhadmet mis-Sur Manwel Buhagiar gewwa hal-Tarxien fis-sena 1928 u swiet £200.

l-gandlieri tal-fidda tal-maggur

hafna mill-ventartali fosthom dak ta' San Mark

l-arkata tal-fidda

l-purtiera tal-Kor

it-triehi ta' l-artali

il-messali tal-fidda

il-parti l-kbira tad-dekorazzjoni tas-saqaf tal-knisja.

iz- zewg kolonni li jintramaw fil-Festa ma' l-armar tal-pjazza. Fosthom insibu l-Pedestall il-Kbir li jirrapprezenta l-Inkurunazzjoni. Ix-xoghol ta'l-injam sar fuq disinn ta' l-Imghallem Abram Gatt. L-iskultura abbondanti u fina saret minn certu Piju mill-Kalkara.

Ix-Xoghol ta' Abram ghall-gimgha l-Kbira

Bhala membru tal-Fratellanza tal-Kurcifiss, Abram kien interessa ruhu fix-xoghol u l-hidma ta' din l-Arci-Konfraternita' li kienet tiehu hsieb il-Festi tal-gimgha l-Kbira u tal-Ghid il-Kbir. Huwa kien ta' spiss jattendi s-seduti ta' l-istess Fratellanza u ghamel hafna disinji sbieh ferm ghall-opri li kienu jsiru kull sena ghall-gimgha l-Kbira u Festi ohra tal-Fratellanza.

Il-Veronika

L-Istatwa tal-Veronika hija xoghol fil-kartapesta minn Abram Gatt. Saret fis-sena 1903, u aktar tard inghatat gratis minn Abram lill-Fratellanza. Jinghad li Gatt ghamilha darbtejn. Dan huwa registrat fl-1910. Statwa b'hala ezatt, kopja taghha li tinsab fil-parrocca ta' haz- zebbug, ghamilha l-artist Bormliz guzeppi Caruana "Ta' Marcol".

Il-Kurcifiss tal-Vara l-Kbira

Il-Vara l-Kbira ta' Bormla, hija wahda tassew sabiha u artistika. Il-Madonna u San Gwann jinsabu weqfin taht is-Salib, filwaqt li l-Madalena hi mixhuta gharkobbtejha. Dawn l-istatwi saru minn Karlu Darmanin, izda gesu' Kurcifiss li hemm illum huwa xoghol ta' Abram Gatt, filwaqt li l-Kurcifiss li kien hemm qabel, li kien ta' Darmanin, illum jinsab fic- cimiterju ta' l-Addolorata fil-Kappella tal-Familja Gulia. Is-Salib antik inghata lill-parrocca ta' Marsaxlokk.

L-S.P.Q.R. u Affarijiet Ohra

Il-bandalora tal-S.P.Q.R. saret fl-1939. Hija tal-bellus irrakkmata bid-deheb u iddisinjata minn Abram Gatt. Din inhadmet minn Rosina Camilleri u nghatat mill-Kanonku guzeppi Cassar. L-ornamenti tal-fidda ta' din il-bandalora, iddisinjati minn Abram, saru u huma donazzjoni ta' l-argentier Francis Cassar. Din il-bandalora saret flok ohra li kienet saret minn Marija Frendo fl-1835.
Abram iddisinja wkoll il-bandalori tas-Sebgha Kelmiet, li huma xoghol ta' Georgina Frendo u Stella Azzopardi. Dawn gew irregalati minn Salv Bugeja, guzeppi Galea u l-Kan. A . Cassar. L-ornamenti tal-fidda ghamilhom l-argentier Francis Cassar.

hafna ornamenti ohra tal-vari tal-gimgha l-Kbira huma ddisinjati minn Abram, fosthom il-baldakkin tal-ahmar tal-Monument. Dan sar minn Guzeppa Delia. ll-lizar sabih li naraw imdendel mas-Salib tal-vara tad-Duluri sar minn Georgina Frendo fuq id-disinn ta' Abram Gatt fl-1937.

Il-Lapida tal-Fidda ta' l-lrxoxt

L-istatwa sabiha ta' Kristu Rxoxt hija minquxa fl-injam, xoghol Spanjol. Din ingiebet lejn Bormla minn Napli meta l-Kaptan Andrea Scarinu ittrasportaha fuq il-mirkeb tieghu ghall-habib tieghu il-Kaptan Celestino Sacco. Dan Sacco, kien bniedem popolari hafna. Kien rettur u membru attiv hafna tal-Fratellanza tal-Kurcifiss. Kellu ibnu sacerdot u bintu soru fil-Monasteru ta' Santa Margerita.
Dan Celestino Sacco irregala t-Istatwa ta' l-lrxoxt lill-Fratellanza tal-Kurcifiss fis-7 ta' April, 1741. Miet fis-17 ta' Frar, 1757.
Ghal din l-istatwa artistika Abram iddisinja l-lapida (ghatu) tal-fidda li hemm taht saqajn Gesu Rxoxt. Dan l-ghatu nhadem fil-fidda mid-Ditta Ranchi ta' Milan fl-1926. Qamet £60. ll-flus ghal din il-lapida ngabru mill-barklori Bormlizi, immexxija minn certu Vincenzo Spiteri. ll-fergha tal-palma tal-fidda u d-diadema ta' l-lrxoxt huma ddisinjati minn Abram Gatt ukoll.



Nota - Dan l- Artiklu inghata lilna mill- Kunsill Lokali Bormla kif ukoll ir- Ritratti li se taraw fil- pagna Ritratti

Recent Photos

 
No featured products

Newest Members

 

Recent Videos

Upcoming Events

No upcoming events

Face Book