Centru 19 ta' Novembru 1944

Festa Marija Immakulata Bormla

Il-Parrocca ta' Bormla -  Kolleggjata.



Il-Parocca ta' Bormla saret Kolleggjata mill-Papa Piju VII, f'Lulju 1822 propju 184 sena ilu. F'dak iz-zmien l-aqwa unur li seta' jkollha parrocca kien dak li ssir Kolleggjata. Jekk inqallbu daqxejn id-dokumenti li hemm fil-Kurja u fl-Arkivju Parrokkjali ta' Bormla insibu kemm hadmu u stinkaw il-Kleru u il-poplu Bormliz biex jakkwistaw dan l-unur ghall-parocca taghna.

Il-parocca ta' Birkirkara giet imwaqqfa kolleggjata mill-Papa Urbanu VIII fl-1630, ta' San Pawl il-Belt fl-1733 mill-Papa Klement XIII, ta' l-Isla fl-1785 u tal-Birgu fl-1821 mill-Papa Piju VII. Mit-Tliet Ibliet, Bormla biss kienet ghada mhux kolleggjata, ghalkemm il-Bormlizi kienu ilhom diga' erba' snin jithabtu biex Bormla jkollha dan l-unur. Infatti sa mis-sena 1818 twaqqfet kummisjoni, u tressqet talba quddiem l-Isqof Ferdinando Mattei. L-aktar li habirku fost il-Kleru ta' Bormla, kienu zewg qassisin zghazagh, Dun Frangisk Lia u Dun Piet Spiteri. Dun Piet ried li l-kolleggjata taghna ma tkunx bhall-ohrajn, fejn ir-responsabilta kollha tkun f'idejn l-Arcipriet biss. Dun Piet ried, li  r-responsabilta tal-parrocca tkun f'idejn il- Kapitlu kollu, b'tali mod li kull Kanonku jkun responsabbli ta' kull decizjoni u jkollu sehem f'kull haga li ssir. It-talba mitluba li l-parocca tkun f' idejn il-Kapitlu ma gietx milqghuha la mill-Kapillan ta' Bormla, Dun Guzepp Bezzina, la mill-Isqof ta' Malta u lanqas minn Ruma .Ghawg ma kullimkien beda jidher u nqala hafna inkwiet. Dun Piet u Dun Frangisk gew mahtura mill-kleru biex imorru Ruma  u kien bis-sahha u l-hila tal- Kardinal Rivalora (li tieghu jinstab ritratt fis-sagristija) li l-Papa Piju VII, f'Lulju 1822 hareg il-famuza bolla fejn il-Parrocca ta' Bormla giet imghollija f'Kolleggjata Perinsinji, b'Kapitlu ta' 19-il Kanonku (wara saru 18) b'sitt membri dinjitarji, Arcipriet, Tezorier, Kantur, Primicerju, Dekan u Prepostu. Il-knisja waqqfet hames kanonikati u l-kanonikati ta' l-Arcipriet , Tezorier, Penitenzier, u tat-Teologu. Diversi familji Bormlizi waqqfu l-kanonikati l-ohra. Pussess ta' l-ewwel kanonci sar lejliet il-Kuncizzjoni, fis-7 ta' Dicembru 1823, sena u nofs wara l-hrug tal-bolla tat-twaqqif tal- Kolleggjata.

Madanakollu din il-bolla ta' 1822 ma setghetx tigi imwettqa ghaliex il-kwistjonijiet li nqalghu kontra kienu bla tarf. Ghalkemm fit-13 ta' Settembru 1830 harget il-bolla hekk imsejha ta' l-"Unione" - Ghaqda tal-Parocca mal-Kolleggjata,  xorta wahda l-inkwiet baqa' sejjer ghoxrin sena shah u kien fit-30 ta' Settembru 1850 li l-kwistjoni giet deciza minn Ruma, b'bolla ohra mahruga mill-Papa Piju IX. B'dan  id-digriet gie stabillit li l- Arcipriet ikun l-ghola dinjita, speci ta chairman tal-Kapitlu ( primus inter pares), u  l-kura ta' l-erwieh tkun f'idejn il-kapitlu. Il-Kanonci kienu jaghzlu wiehed minnhom Kurat biex jiehu hsieb il-parocca u s-sagramenti. Ghalhekk il-kanonci ta' Bormla kienu jiehdu il-pusess bhall-kapillani mhux bhall-kollegjati ohra. Dan ifisser li waqt li fil-parocci l-ohra l-Kappillan huwa l-factotum ta' kollox jista jiehu decizjoni minghajr il-kunsens tas- sacerdoti tal-parrocca, fil-parrocca ta' Bormla, kull kanonku kellu dritt ghall-vot, u l-ebda decizjoni ma setghet tittiehed, jekk mhux bil-kunsens tal- maggoranaza tal-kanonci. Mhux hekk biss izda l-amminisrtazzjoni kienet ukoll f'idejn il-kapitlu b'mod li l-ebda tibdil ma jista' jsir jekk mhux bil-kunsens tal-maggoranza tal-kanonci. Privileggi ohra kienu is-Salib Pettorali, il-Mazza u l-Kuda li kien juza it-Tezorier. Wara il-Koncilju Vatikan it- Tieni, sar hafna tibdil fil-knisja. Dak li qabel kien ikkunsidrat unur, illum huwa ikunsidrat bhala lussu. Il-knisja llum mhix qieghda taghti izjed importanza lil dawn il-privileggi.Ghalhekk qeghdin naraw tnaqis kbir fl-ilbies tal-Papa, tal-Kardinali u wkoll tal-Kanonci. Tnaqaas ukoll in-numru tal-kanonikati, hekk li l-kanonci ta' Bormla minn tmintax saru erbatatx. L-ahhar li ntlibset il-"cappamagna" (il-pelicca) kien fl-1971 nhar il-Gimgha il-Kbira meta il-Purcissjoni sfrattat minhabba ix-xita. Id-daqqa ta' l-ahhar saret meta b'digriet tat-18 ta' Ottubru 1982, l-Arcisqof fired il-Kolleggjata mill-Parocca. Ir- rettur tal-knisja sar il-kapitlu, waqt li l-parocca giet fdata f'idejn il-Kappillan, li jgawdi id-drittijiet kollha li jgawdu Kapillani u Arciprieti ohra. Il-Kapillan maghzul kien il-Kan. Dun Victor Cilia, li wara il-mewt ta' l-Arcipriet Burlo, sar ukoll Arcipriet u l-ghola dinjita fil-Kapitlu. L-ahhar kurat kien il-Kan Luigi Abela, li wara sar Monsinjur tal-Katidral u li miet fil-5 ta' Gunju 1986.

Huwa veru li l-Kolleggjata taghna tilfet hafna mid-drittijiet li kellha, izda huwa veru ukoll li l-Parocca taghna ghandha dak kollu li tehtieg ghaz- zminijiet tal-lum:- Sala Parrokkjali, Kor stupend tal-kant, Kunsill Pastorali Parrokkjali,ecc.. Bil-hidma tal-Arcipriet Dun Joe Mifsud u bil- koperazzjoni tal-Kapitlu u bil-ghajnuna tal-Vici Parrokku, il-Kan. Dun Anton Galea Scannura, Bormla qieghda ssib postha bhala komunita ta' imhabba Nisranija kif imfassla fil-Koncilju Vatikan II.

Recent Photos

 
No featured products

Newest Members

 

Recent Videos

Upcoming Events

No upcoming events

Face Book